Kemm fadlilna bix-xemx tisreġ?

Wara diversi jiem xemxin, maltemp u xita mistennija jaħkmu l-Gżejjer Maltin.

Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, għada se nesperjenzaw ħalbiet tax-xita bir-ragħad, b’riħ moderat forza 4-5 Xlokk. L-ogħla temperatura se tkun ta’ 19°C, filwaqt li l-inqas se tkun ta’ 14°C. 

It-temp din il-ġimgħa

Għalkemm għada mistenni l-maltemp, it-temp għandu jerġa’ jikkalma l-Erbgħa minkejja li se jkun ftit imsaħħab.

It-temp jaf jerġa’ jiggrava lejn l-aħħar tal-ġimgħa, b’possibiltà ta’ ħalbiet tax-xita nhar il-Ħamis, il-biċċa l-kbira msaħħab il-Ġimgħa, u s-Sibt u l-Ħadd b’possibilità ta’ maltempata bir-ragħad.