​Kemm fadal biex noħorġu l-kowt?

Ottubru, li skont il-qawl, jidħol u joħroġ fit-tubru, minħabba li jibda jidlam kmieni, se jkun pjuttost ħanin.
Skont is-sit First Malta, minn issa sal-20 ta’ Ottubru, jidher li t-temp se jkun stabbli, xemxi u ġeneralment sabiħ. Qed jiġi mbassar li t-temperaturi mhux se jinżlu wisq iktar f’daqqa, u mistennija jibqgħu fil-livelli ta’ bħalissa.
Il-previżjoni turi li minkejja li tista’ tagħmel ftit xita, mhux mistennija li jaħkmu maltempati bħal dawk fil-bidu ta’ dan ix-xahar.
Imma mbagħad, lejn l-aħħar tax-xahar, il-bassar indipendenti jgħid li se jkollna iktar xita.
Għal uħud qed immorru ‘l bogħod wisq, u forsi aktar jimpurtahom kif se jkun it-temp fil-jiem li ġejjin.
Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku ta’ Malta, it-Tnejn, it-Tlieta u l-Ġimgħa mistenni jkun imsaħħab, u xemxi l-Erbgħa, il-Ħamis u s-Sibt. L-ogħla temperatura tinbidel bejn 24 u 25 grad celsius. Filgħaxija mbagħad, l-inqas li se tinżel sa 17-il grad.
Jiġifieri biex tilbes il-kowt, fadallek ftit!