Kemm baqgħalna bix-xita tal-ħamrija?

Dawn l-aħħar ftit jiem rajna ħafna sħab ta’ ramel irqiq minn fuq id-deżert. Ammont abbundati ġie ddepożitat max-xita ta’ nhar it-Tnejn. Iżda jidher li għalissa, jaqbillek ma taħsilx il-karozza u t-twieqi.

Skont Maltese Islands Weather, sit tat-temp, ir-ramel fin fl-arja mħabbar li se jippersisti sa nhar il-Ħamis nofsinhar. Imħabbra xita irqiqa nhar l-Erbgħa fit-tard li se tiddepożita dan ir-ramel f’Malta.

How long until the fine desert sand is gone? – Please SHARE!Kemm baqalna bir-ramel fin mid-deżert? – Agħmlu SHARE!

Posted by Maltese Islands Weather on Tuesday, April 23, 2019

Bidla fis-sitwazzjoni metjeroloġika wara l-Ħamis turi li se jerġa’ jkollna sema kaħlani u arja nadifa għal gżejjer Maltin. Il-paġni fuq Facebook ta’ Malta Weather u ta’ The Weather Page Malta ħabbru tmiem il-ġimgħa b’arja nadifa u temperaturi li jinħassu sa’ 24°C.