Kemm attendew tfal l-iskejjel?

78% tat-tfal li jattendu ċ-childcare centres imorru f’tal-Gvern.
Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li sa Marzu 2016 kien hemm 3,578 tifel u tifla li jattendu childcare centres.
Kważi 64% tagħhom jattendu f’ċentri tan-naħa ta’ fuq u t’isfel ta’ Malta.
L-istatistika turi li fis-sena skolastika 2015-2016 kien hemm aktar studenti min-naħa ta’ fuq ta’ Malta li attendew il-kindergarten.
Fl-istess sena skolastika kemm fl-iskola ta’ kindergarten kif ukoll primarja l-iskejjel tal-istat kienu aktar popolari. Fi skejjel primarji b’kollox kien hemm 25,178.
Min-naħa l-oħra fi skejjel sekondarji naqsu t-tfal li jattendu fi skejjel tal-istat. Dan hekk kif iċ-ċifri juru li fis-sena akkademika 2015-2016  applikaw 21,000 student, 13% anqas mis-sena skolastika 2010-2011.
Filwaqt li fis-sena akkademika 2015-2016 kienu kważi 5,500 student li applikaw għall-iskola post-sekondarja u ftit aktar minn 11,600 għal xi kors Universitarju. Dan ifisser li l-Università ta’ Malta rat żieda ta’ 12% fl-istudenti meta mqabbel mas-sena akkademika 2010-2011.
Fl-iskejjel vokazzjonali kien hemm aktar studenti rġiel u min-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Dan hekk kif 59% tal-situdenti kienu rġiel u 26.5% tal-istudenti kienu mit-Tramunatana ta’ Malta.