Kelly x’se tgħidlu lil Vince?

Sorelle jkompli llum fuq TVM fl-3.40pm u se naraw kif sebħet Samantha wara li għaddiet lejl toħlom.

Lorraine lil min ċemplet u x’talbitha? Leo ċempel lil Frederick… x’qallu l-Warden u x’ħadu jagħmel ħdejn id-direttur tal-ħabs? X’ġara waqt il-laqgħa?

Min kien hemm jissemma’ fuq il-mobajl tad-direttur? Vince xtaq ikun jaf x’ġara ma’ Kelly meta kien fis-sakra… x’qaltlu?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.

Dan l-episodju jkollu repetizzjoni llejla fuq TVM fil-11.30pm u għada fis-6.15am. L-episodji kollha ta’ matul il-ġimgħa jixxandru nhar is-Sibt mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.