Kellu jħassar btala mal-familja għax għadu ma tħallasx

Simon Farthing, ħaddiem fil-qasam tal-kostruzzjoni kellu jħassar btala mal-familja, għax flimkien ma’ ħaddiema oħra għadu ma tħallasx ta’ xogħol li għamel sena ilu. 
Spjega li għadu jrid jitħallas £2,667, ekwivalent għal €3,026 għal proġett f’Leicestershire. Stqarr li din tefgħetu f’sitwazzjoni diffiċli, għax saħansitra kellu jitlob lill-ġenituri tiegħu biex jgħinuh iħallas il-kontijiet. 
Id-direttur tal-kumpanija Dean Jacobs, qiegħed jgħid li l-klijenti lmhux qed iħallsu lill-kumpanija u b’hekk hu ma jistax iħallas lill-ħaddiema. 
Madanakollu, meta kkuntattjat direttament mill-ħaddiema, id-direttur tal-proġett qal li l-klijenti ħallsu u li Jacobs qed iqarraq bihom.