Kellu 3 tipi ta’ droga fuqu; 16-il xahar ħabs

Raġel ta’ 35 sena mwieled il-Bożnija-Ħerzegovina wieġeb ħati li ttraffika l-pjanta tal-kannabis u li kellu fil-pusess tiegħu d-drogi tal-kokaina u tal-ecstasy. Hu weħel 16-il xahar ħabs.

Fil-Qorti llum nstema’ kif ir-raġel twaqqaf mill-Pulizija fil-Qawra fiż-żona magħrufa bħala ta’ Fra Ben. Meta saret tfittxija fuqu instab li kellu d-droga fuqu.

Skont il-Pulizija, l-akkużat ikkoopera bi sħiħ magħha meta ġie arrestat.

Fil-Qorti ġew esebiti ż-żewġ passaporti li kellu – wieħed mill-Bożnija-Ħerzegovina u l-ieħor mis-Serbja. Huwa jaħdem bħala kok.

Il-Maġistrat Nadine Lia ordnatu jħallas ukoll multa ta’ €800.

Aktar dettalji dalwaqt