Kellna wirja kbira – Milner

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Liverpool James Milner meta ġie intervistat fuq l-istazzjon BT Sports faħħar il-wirja ta’ sħabu kollha fit-tim hekk kif jumejn ilu kisbu rebħa kbira ta’ 5-0 barra minn darhom kontra Porto.
Huwa kellu wkoll kliem ta’ tifħir għall-attakk illi bħalissa jinsab miexi fuq ir-rubini. Faħħar lill-kollega tiegħu Mohammed Salah iżda anke lil Sadio Mane illi kien awtur ta’ tliet gowls.
Skont Milner, il-plejer Senegaliż huwa fundamentali għat-tim għax mhux biss jiskorja l-gowls iżda anke joħloq okkażjonijiet perikolużi għal sħabu.