“Kellna ħafna sabiħ u ikrah imma s’issa wasalna” – Jessica lil Erin

Awguri lill-footballer Erin Azzopardi u martu l-attriċi Jessica nèe Pisani li llum qed jiċċelebraw is-sitt anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Huma żżewġu bħal-lum is-16 ta’ Awwissu tal-2014.

“Bħal-lum sitt snin ilu ngħaqdna fi żwieġ. Kellna ħafna sabiħ, kif ukoll ikraħ imma s’issa wasalna. Niringrazzjaw lil Alla dejjem. Ejja ħalli nkomplu dan il-vjaġġ flimkien mat-tifel Sheznil kif ukoll il-pets Toffee, Buddy, Whitey u Sunny,” kitbet Jessica fil-messaġġ ta’ awgurju tagħha lir-raġel tagħha.

Lil Jessica narawha fil-karattru ta’ Mariella fis-sensiela Division 7 u ħadmet ukoll bħala extra f’Ġiżelle u Evanġelisti u kellha wkoll partijiet impenjattivi Prima Facie, Il-Patt u It-Tfal. Ħadmet ukoll f’Qalb In-Nies.

Hija ħadet sehem ukoll f’bosta produzzjonijiet fit-teatru kif ukoll rajnieha fil-vidjow mużikali tal-cover version tal-kanzunetta Qalu Li Raw ta’ Sebastian Calleja u Renato.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lill-koppja Azzopardi f’dan il-jum u anke għas-snin li ġejjien.