“Kelli tassew tama li nerġgħu nitilgħu fuq il-palk f’xi żmien din is-sena” – Celine Dion

Ritratt: Sony Music Entertainment

Celine Dion illum ħabbret li l-Courage World Tour tagħha issa ġie  skedat li se jsir fl-2021 bil-kunċert f’Malta jittella’ fil-21 ta’ Lulju 2021. Minħabba l-Covid-19  it-tour skedat għal din is-sena madwar l-Ewropa kollha kien pospost u skedat mill-ġdid għas-sena d-dieħla. Il-maniġment tas-superstar Concerts West and AEG Presents  jqisu s-sigurtà u s-saħħa tal-patruni bħala prijorità ewlenija u ħabbru l-bidu tal-vjaġġ Ewropew fi  32 belt bejn Marzu u Lulju tas-sena d-dieħla.

“Kelli tassew tama li nerġgħu nitilgħu fuq il-palk f’xi żmien din is-sena, iżda xejn mhu iktar importanti mis-saħħa u s-sigurtà ta’ kulħadd,” saħqet Celine. “Id-dinja kollha għaddejja minn żminijiet diffiċli matul din il-pandemija u nħoss għal dawk kollha li batew. Naf li fl-aħħar mill-aħħar għadna ngħaddu minn dan flimkien, u nagħmlu tajjeb għal dak il-ħin kollu mitluf. Nimmissja li ma nagħmlux l-ispettakli tagħna. Ħerqana ħafna li nkanta għalikom għal darb’oħra. Żommu siguri  … dalwaqt narakom! “ qalet Celine Dion.

Celine Dion rebħet bosta premji u ddominat id-dinja tal-tal-pop fis-Snin 90 u biegħet kważi 250 miljun album matul il-karriera tagħha matul 35 sena. Għandha ħames Grammy Awards, żewġ Academy Awards, seba’ American Music Awards, 20 Premjijiet Juno u 40 Premjijiet Félix. Hija tibqa’ waħda mill-iktar kantanti mfittxija u waqt il-World Music Awards 2004 ġiet magħrufa bħala l-aktar kantanti femminili li biegħet diski ta’ kull żmien.

NnG Promotions enfasizzaw li l-biljetti mixtrija għad-dati oriġinali għall-kunċert ta’ Celine Dion li kien se jsir din is-sena se jkunu onorati għad-data tal-21 ta’ Lulju 2021. Wieħed jista’  jikkuntattjahom fuq info@nngpromotions.com dwar il-biljetti sal-24 ta’ Lulju 2020.