‘Kelli puncture u offra jgħinni l-Isqof Awżiljarju’

Raġel li kellu puncture f’Ħal Balzan sab Samaritan tajjeb lest li jgħinu.

Ramon Bonett Sladden qal lil Newsbook.com.mt li din il-ġimgħa kellu puncture fi Triq il-Kbira. Kellu diffikultà biex jgħolli l-karozza bil-jack u allura ċempel lis-servizz tat-towing biex jiġu jtuh daqqa t’id.

“Dak il-ħin nara javviċinani l-Isqof Awżiljarju u staqsieni kellix bżonn xi ħaġa,” qal Sladden.

Sladden spjega lill-Mons. Joseph Galea Curmi li l-għajnuna kienet fit-triq u li kollox kien taħt kontroll.

“Sellimna lil xulxin u baqa’ sejjer,” kompla jgħid Sladden li ddeskriva l-istorja bħala “eżempju sabiħ ta’ umiltà.”

Sladden insista li l-Isqof Awżiljarju kien ġenwinament lest li jgħin u li Mons. Galea Curmi ma staqsiehx “b’nofs interess”.

“Waqaf ikellimni u telaq biss meta aċċertajtu li kollox kien taħt kontroll,” temm jgħid Sladden.