“Kelli ngħaddi sentejn kwarantina” – Tom Jones

Il-kantant minn Wales Tom Jones waqt l-avveniment One World: Together at Home li sar fuq il-midja soċjali nhar il-Ħadd li għadda stqarr li meta kien tifel kellu jagħmel sentejn kwarantina minħabba li kellu t-tuberkolożi.

L-avveniment One World: Together at Home organizzat minn Lady Gaga sar biex iferraħ lin-nies waqt il-lockdown tal-pandemija tal-Covid-19. Matulu ħadu sehem bosta wċuħ popolari fil-qasam tal-ispettaklu fosthom Taylor Swift, Beyonce, The Rolling Stones u Elton John. Tom Jones kanta l-kanzunetta The Glory of Love u wara faħħar il-ħidma tal-NHS fl-Ingilterra waqt li qasam l-esperjenza tiegħu.

Huwa qal li matul is-snin li ilu ħaj esperjenza bosta affarijiet. Waqt li wera ritratt li kellu warajh huma semma l-fatt li kien twieled u trabba fiha, f’44 Laura Street.

“Kelli ngħaddi sentejn kwarantina fiha għax kelli t-tuberkolożi u kont naħseb kemm kienet ħaġa kerha li tkun magħluq hekk,” qal. “Iżda sibt l-għajnuna tan-National Health Service, l-istess bħalma qed wkoll bħalissa f’din il-pandemija.

“Irrid nirringrazzjahom għal dak kollu li qed jagħmlu bħalissa u nitlob lil kulħadd biex jobdu lill-Awtoritajiet u Saħħa u jibqgħu d-dar meta javżawhom biex jibqgħu hemm.”

Il-kantant temm billi appella lil kulħadd jibqgħu magħqudin biex flimkien jirbħu lill-pandemija.