Kellha tifflaxxja l-ħamster għax ma riduhx fuq l-ajruplan

Studenta ta’ 21 sena kellha tifflaxxja l-ħamster tagħha fl-ajruport ta’ Baltimore wara li ġiet infurmata li ma setax jitla’ fuq l-ajruplan magħha.
L-istudenta Belen Aldecosea qalet mal-midja li l-ħamster, Pebbles, kien joffrila sapport emozzjonali.
Aldecosea kellha tifflaxxja lil Pebbles wara li ma tħalliex itir abbord l-ajruplan ta’ Spirit Airlines fil-21 ta’ Novembru.
F’kummenti mal-midja l-istudenta qalet li kienet ġiet assigurata li l-pet tagħha seta jitla’ fuq l-ajruplan. Madanakollu, wieħed mill-impjegati ta’ Spirit allegatament qalilha biex tifflaxxja lill-hamster jew inkella jkollha titilqu barra.
Wara li damet taħsiba u saħansitra ppruvat tikri karozza biex tasal lura d-dar, Aldecosea iddeċidiet li tifflaxxja lil Pebbles. Qalet li damet 10 minuti tibki.
Kelliem għall-kumpanija tal-ajru ammetta li l-kumpanija kienet oriġinarjament infurmat lill-istudenta li l-ħamster seta’ jitla’ magħha, però qal li din kienet informazzjoni skoretta. Madanakollu, huwa qal li l-idea biex jinqatel l-annimal ma kienetx dik tal-kumpanija Spirit Airlines.