​Kelba ssalva mara milli tifga

F'Wales, kelba salvat lil sidtha ta’ 40 sena milli tifga.
Rachel Hayes irrakkuntat kif il-kelba salvatilha ħajjitha permezz tal-manuvra Heimlich, li jagħmluha dawk li jagħtu l-ewwel għajnuna f’każi simili.
Meta xerqet, Rachel kienet qed tiekol ħelwa, u l-kelba Mollypops ħadet azzjoni mill-ewwel. Qabżet fuq dahar Rachel u bdiet tagħtiha bis-saħħa sakemm ħarġet il-ħelwa.
Rachel iddeskriviet lil kelba bħala ‘l-eroj tagħha’ għax kieku kienet tispiċċa tmut.