Kelba addottata wara 11-il sena

Il-kelba Olive kellha tistenna 11-il sena fis-santwarju tal-annimali ta’ Yonker fl-Istati Uniti sakemm sabet dar fejn toqgħod.  L-istaff tas-santwarju kienu sobiena kif kelba sabiħa b’personalità daqshekk sabiħa qisu ħadd ma riedha.

Xi snin ilu kien hemm raġġ ta’ tama għall-kelb meta voluntier qal li se jieħu l-kelba, imma sfortunatament miet f’daqqa waħda u Olive reġgħet sabet ruħha waħedha.

Iżda dan l-aħħar kollox inbidel u l-istaff tas-santwarju qabżilhom id-dmugħ meta Olive ħalliet il-post biex tmur fid-dar  tal-familja li addottawha.

Wieħed mill-voluntiera kiteb li “Olive ħarġet mill-bini u llejla għall-ewwel darba fi kważi 11-il sena hija ser torqod id-dar ta’  xi ħadd li jħobbha għal dejjem.”

Kompla jingħad li “Illum inxtered ħafna dmugħ imma huwa dmugħ ta’ ferħ. Olive kienet maħbuba ħafna u kkurata sew hawn imma s-santwarju qatt m’hu dar. Issa mhux se tibqa’ waħedha għal 20 siegħa kuljum.”

Il-post għall-klieb għamel kampanja kbira fl-aħħar xhur biex Olive tkun addottata u l-istorja tal-kelba nfirxet fuq il-midja soċjali. Meta l-omm il-ġdida tal-kelba rat l-istorja ta’ kelba li  ilha tistenna s-snin biex itkun addottata, qalbha rtabet u kitbet biex tieħu l-kelba f’darha.