Kelb xwejjaħ jintilef u jispiċċa fuq l-għatba tal-Ministeru għad-Drittijiet tal-Annimali

Kelb xwejjaħ tilef triqtu u b’xi mod jew ieħor spiċċa bilqiegħda fuq l-għatba tal-Ministeru għad-Drittijiet tal-Annimali li huwa responsabbli mill-Animal Welfare.

Il-Kunsilliera ta’ Ħal Qormi Martina Grech, spjegat fuq Facebook li ftit jiem ilu, kelb xwejjaħ spiċċa tilef triqtu. Qalet li dan b’xi mod jew ieħor spiċċa bilqiegħda fuq l-għatba tal-Ministeru. Immedjatament huma ċemplu lill-Animal Welfare fuq 1717 li ġew mill-ewwel jiġbru l-kelb.

Hi rringrazzjat lill-Animal Welfare tad-dedikazzjoni tagħha għal dawn l-annimali u talli għenet lil dan il-kelb isib triqtu lura d-dar.

“Il-kelb issa jinsab lura darhu fejn qed jgħid lill-familja tiegħu dwar l-avventura li għamel,” qalet Grech.

Fir-ritratti li tellgħet mal-post, il-Ministru għad-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo jidher ukoll jakkumpanja l-kelb għal xi ħin sakemm ġew l-Animal Welfare biex jiġbruh.

A few days ago this cute little dog lost his way and went on a trip a bit far from home. To our big surprise he came…

Posted by Martina Grech on Friday, July 17, 2020