Kelb u ħamiema bi bżonnijiet speċjali jsibu l-wens f’xulxin

Kien ċar mill-bidu li Lundy, il-ġeru bi bżonnijiet speċjali kellu bżonn ħabib. Hu sab wieħed fl-inqas postijiet li wieħed qatt jista’ jaħseb.

Lundy twieled b’kundizzjoni li ma tippermettilux jimxi sew. Lundy spiċċa taħt il-kura tal-Fondazzjoni Mia, fondazzjoni bbażata fi New York li tagħti kura lil annimali bi bżonnijiet speċjali. Kien hawn fejn Lundy ltaqa’ ma annimal ieħor li jaf ukoll xi tfisser li tkun xi ftit differenti mill-bqija. Lundy ltaqa’ ma’ ħamiema jisimha Herman.

Irriżulta li Herman u Lundy għandhom ħafna affarijiet komuni. Il-ħamiema, bħall-ġeru, spiċċat għand il-fondazzjoni s-sena l-oħra minħabba li ma setgħatx ittir.

Dawk li jieħdu ħsieb kemm lil Lundy kif ukoll lil Herman, poġġewhom ħdejn xulxin fuq sodda żgħira. Minn dak il-punt ‘l quddiem il-ħbieb ma ħarsux lura. F’xulxin huma sabu l-wens.