Kelb tad-dwana jagħmel sejba ta’ aktar minn €23,000 mhux iddikjarati

Read in English.

Id-Dipartment tad-Dwana għamel sejba oħra ta’ aktar minn €23,000 mhux iddikjarati fuq żewġ passiġġiera oħrajn fl-ajruport internazzjonali grazzi għall-kelb Peter.

Fi stqarrija d-Dwana spjegat li t-tiftix ta’ rutina sar mis-Sezzjoni tal-AMLT flimkien mal-Canine Team tad-Dwana. Waqt l-ispezzjonijiet ta’ rutina, iż-żewġ passiġġiera, li t-tnejn li huma kienu sejrin lejn Istanbul, kienu interrogati dwar kemm kienu qed iġorru flus fuqhom.

Huma qalu lill-uffiċjali tad-Dwana li kienu qed iġorru fuqhom €10,000. L-uffiċjali tad-Dwana ma kinux konvinti bit-tweġibiet u ħejjew tfittxijiet fuq il-passiġġiera. Fuq wieħed kienu elevati €11,480 u minn fuq ieħor kienu elevati €12,150.

Skont ma tgħid il-liġi, il-passiġġiera ffirmaw dokument tal-Qorti u ġew immultati.

Kull ammont ta’ flus kontanti jew ċekkijiet li huma ekwivalenti għal €10,000 jew aktar għandhom ikunu ddikjarati mad-Dwana kemm f’Malta kif ukoll f’pajjiżi Ewropej oħrajn.