Kelb tad-Dwana b’qabda kbira ta’ flus fl-Ajruport

dwana dog

Read in English.

Il-kelb tad-Dwana ta’ Malta, Sophie, irnexxielha taqbad persuna li kient ħierġa mill-pajjiż b’€11,650 fi flus kontanti.

Dan seħħ waqt tfittxijiet ta’ rutina mis-Sezzjoni tad-Dwana tal-K9 flimkien mat-tim ta’ kontra l-ħasil tal-flus.

Sophie, il-kelb tal-K9, għamlet reazzjoni għal passiġġier li kien se jitla’ fuq flight lejn Istanbul fit-Turkija.

Kien hawn li l-uffiċjali tad-Dwana waqqfu lill-passiġġier, u fittxewlu ħwejġu, biex elevaw il- flus kontanti. Ġie mistoqsi mit-tim ta’ kontra l-ħasil ta’ flus, wara li ddikjara inqas minn €10,000 iżda fi tfittxija fuq persuntu u l-bagalji tiegħu, instabu €11,650.