Kelb leali jmut kwarta wara li sidu tilef il-battalja mal-kanċer

Ritratt: Familja Hutchison / SWNS)

Stuart Hutchinson, ta’ 25 sena minn Alloa, fl-Iskozja kien ilu tmien snin jiġġieled tumur f’moħħu iżda minkejja l-operazzjonijiet u l-kimoterapija, il-kanċer infirex fl-għadam. Ir-raġel kellu tlett iklieb iżda kellu rabta speċjali mal-kelb Nero tar-tazza French Bulldog.

Stuart miet ftit tal-ġranet ilu fis-1.15pm u kien rappurtat li l-kelb miet b’qalbu maqsuma madwar 15-il minuta wara.

Ritratt: Familja Hutchison / SWNS

Omm Stuart, Fiona Conaghan, ta’ 52 sena, qalet li għad li binha kellu tlett iklieb iżda kien Nero dak li kien dejjem jiġri miegħu.

Stuart iżżewweġ lil Danielle, ta’ 22  sena f’Jannar ta’ din is-sena. Kienet taf li Stuart ma tantx kien fadallu ħajja. Kienet deċiżjoni tiegħu li jmut fid-dar u fil-fatt kien ittieħed lura hemm mill-isptar madwar erba’ ġimgħat qabel.

Ritratt: Instagram / Fiona Canagham

Mart Stuart ħassitha ferm il-mewt ta’ żewġha u anki ta’ Nero għax għaliha u għal Stuart, il-klieb kienu parti mill-familja, u qatt ma stenniet li l-kelb kien se jmut ftit minuti wara li jkun miet żewġha.