Kelb kważi jmut wara li kiel dekorazzjonijiet tal-Milied

Kelb f’Bournemouth kważi miet wara li kiel 34 dekorazzjoni magħmulin minn gallettini tal-gingerbread li jiddendlu bħala dekorazzjonijiet tal-Milied. Hu spiċċa f’operazzjoni ta’ tliet sigħat sabiex ma jmutx.

Il-BBC irrapporta kif Marley, kelb tar-razza Labrador, li għandu seba’ snin, ħa l-ornamenti li kellhom żigarelli mqabbdin magħhom mill-kċina ta’ sidu.

Rachael Bulmer, ħadet lill-kelb fi sptar veterinarju malli dan bħal intilef minn sensih. Waqt l-operazzjoni l-veterinarju neħħewlu ż-żigarelli mill-istonku tiegħu u anke xi għadam. Il-mara qalet li kien mingħalija li dawn id-dekorazzjonijiet kienu f’post fejn il-kelb ma jilħaqhomx.

Spjegat li matul is-snin Marley ħafna drabi kiel affarijiet li ma kellux jiekol. Qalet li filwaqt li s-soltu jgħaddi kollox qisu xejn, din id-darba iż-żigarelli li kiel affetwawh ħażin ħafna. Il-Labrador għadda minn żewġ operazzjonijiet.