Kelb juri fil-qorti min tassew kien sidu

Uffiċjal tal-Qorti ddaħħal il-kelb fl-awla. Ritratt: Paramount Domestic Television

Dan l-aħħar f’qorti Amerikana kelb tħalla liberu fl-awla biex juri min tassew kien sidu wara li raġel u mara t-tnejn sostnew li kien tagħhom.

Il-kelb imdaħħal fl-istorja. Ritratt: Paramount Domestic Television

Quddiem Judge Judy kien hemm raġel li sostna li kienu serqulu l-kelb tiegħu. Wara sab li kien għand mara li qalet li xtratu għal $50. Ir-raġel qal li dan ma kienx minnu u beda jgħid li “Baby Boy huwa bħal ibni.”

Ir-raġel u l-mara (fuq il-lemin) fil-każ dwar il-kelb. Ritratt: Paramount Domestic Television

Anki wara li l-mara wriet ritratti li juru l-kelb magħha u rċevuti mingħand veterinarji li kienet ħaditu għandhom, Judge Judy kellha d-dubji tagħha. Għalhekk iddeċidiet li l-kelb jittieħed fl-awla tal-qorti u jkun hu li jagħżel min tassew kien sidu.

Judge Judy bir-ritratti tal-kelb. Ritratt: Paramount Domestic Television

Hekk ġara u wara li l-kelb tħalla liberu, l-annimal mill-ewwel mar għand ir-raġel li għannqu miegħu bid-dmugħ f’għajnejh.