Kelb jikser rekord tal-ġiri fuq żewġ saqajn

Jiff, huwa kelb tar-razza Pomeranian, kiser żewġ rekords dinjija. meta ġera għaxar metri fuq saqajh ta’ wara f’6.56 secondi u 5 metri fuq saqajh ta’ quddiem f’7.76 sekondi.
Minbarra l-abilità li jiġri fuq żewġ saqajn, Jiff jaf jieħu b’idejn xi ħadd, ibaxxi rasu, isuq l-iskateboard u jistampa l-firma tiegħu stess.
Għal Jiff is-sena 2014 kienet sena mimlija suċċessi.
Huwa sar popolari ħafna fuq Facebook, b’aktar minn 1.3 miljun ruħ isegwu l-paġna tiegħu.
Apparti minn hekk, il-kelb qed jieħu sehem f’diversi reklami u ħa sehem ukoll f’vidjow mużikali ta’ Katy Perry.
Sid il-kelb, minn Kalifornja fl-Istati Uniti, jixtieq jibqa' anonimu biex ikun Jiff li jakkwista l-popolarità.