Kelb jibki għax sidu abbandunah

Kelb jibki abbandunat


Kelb li ngħata lil xelter tal-annimali darulu għajnejh bid-dmugħ meta rrealizza li kien ġie abbandunat hemmhekk.

F’filmat li nxtered fuq il-midja soċjali, il-kelb jidher dispjaċut, u kważi jitriegħed bil-biża’, hu u jinduna li sidu telqu fix-xelter.

AJ ġie abbandunat fl-Aġenzija tal-Kontroll tal-Annimali Carson fl-Amerka. Midja barranija qalet li jekk ma jiġix addottat dalwaqt, x’aktarx se jkollhom iraqqduh.