Kelb jagħtih attakk tal-qalb minħabba murtali

Facebook: Dogs 4 Rescue

Il-murtali huma xiħaġa parti mill-kultura Maltija, xiħaġa li ħafna minna nistennew ħerqana biex naraw fil-ġimgħa tal-festa tar-raħal tagħna. Minn naħa l-oħra, għan-nies li forsi jixtiequ jorqdu jagħmlu ħafna storbju… aħseb u ara għall-annimali li jibżgħu.

Dan kien il-każ għal Winston, kelb ta’ 8 snin f’Manchester, li beża b’mod tant tremend mill-murtali li tagħtu attakk tal-qalb u ħalliena. Ġismu nstab jipprova jidħol fi spazju żgħir ħafna bil-biża li kellu.

Sidu, Emma Billington, iddeskriviet kemm kien jibża mill-istorbju, u spjegat kif kienu qiegħdin barra hekk kif il-murtali bdew jisparaw. Il-klieb kollha bdew deħlin ġewwa, u ndunaw li ma kienx magħhom Winston. Hekk kif daru jfittxuh, sabuh li tah attakk tal-qalb.

Bħalissa qed iddur petizzjoni biex jirrevedu liġijiet dwar il-murtali fl-Ingilterra. Dan ukoll wara li miet fenek tal-indi minħabba x-xokk li ħa mill-murtali. Sidu Philippa Davies kienet tellgħet vidjo tagħha tmellsu u tibki, tgħid li din hija r-raġuni għala l-murtali għandhom isiru illegali.