Kelb jagħmilha ta’ assistent ma’ veterinarju

Ritratt: Reddit

Hawn annimali li meta jittieħdu għand vet jibżgħu ħafna jew li wara li ssirilhom xi operazzjoni jħossuhom ħażin ħafna. Iżda hemm kelb għand vet li jmur iwennes dawn it-tip ta’ pets biex iħossuhom aħjar.

Il-kelb, li ma ngħatax ismu iżda huwa mill-Istati Uniti, ingħata pubbliċità kbira meta deher ritratt tiegħu fuq is-sit tar-Reddit iwennes kelb li kien bid-drip.Taħt ir-ritratt kien hemm il-kitba: ‘Veterenarju għandu kelb bħala assistant tiegħu li jagħmel kuraġġ lill-pazjenti klieb oħra biex ikunu jafu li kollox se jipiċċa b’wiċċ il-ġid.’

Dawk li kitbu fuq Reddit stqarrew li wieħed malajr seta’ jara għaliex dan ir-ritratt kiseb tant attenzjoni.

‘Hemm xiħaġa tant pura u li tmiss il-qalb meta tara kelb jagħmel kuraġġ lill-kelb ieħor f’ħin ta’ bżonn. Xena bħal din żgur tqanqallek emozzjoni u tħossok li se jaqbiżlek id-dmugħ.’

Xi ħadd kiteb: ‘Min jaf kif iħossu dak il-kelb fl-istampa kieku xi darba jispiċċa pazjent u jkun kelb assistant ieħor ta’ vet li jmur iwennsu.’