Kelb isib 5kg droga fl-ajruport ta’ Malta

It-Taqsima tal-Klieb ta’ Kontra d-Drogi għamlet l-ewwel sejba ta’ 5kg droga waqt waħda mit-tfittxijiet ta’ rutina. Ilbieraħ għall-ħabta tal-9:45pm, wieħed mill-klieb tat-Taqsima indika li hemm id-droga f’waħda mill-bagalji ta’ passiġġier li wasal Malta f’titjira minn Madrid.

Għalhekk il-passiġġier ġie mitlub biex il-bagalja tiġi skenjata. Minn dan, kiber is-suspett li l-bagalja seta’ kellha xi droga fiha. Dan, skont stqarrija li ħarġet it-Taqsima tal-Klieb, kien ikkonfermat meta l-bagalja infetħet u fiha nstabu erba’ pakketti tal-kannabis.

Is-sejba ngħatat lill-Uffiċjali tal-Kriminalità mill-Forensiċi tal-Pulizija, filwaqt li l-passiġġier kien mgħoddi lit-taqsima tal-Iskwadra tad-Droga għal aktar investigazzjoni.