Kelb isalva tarbija minn maltrattament mill-babysitter

Il-kelb tal-familja Jordon, minn South Carolina fl-Istati Uniti, salva tarbija mill-istess familja milli jkompli jiġi abbużat u maltrattat mill-babysitter.

Il-ġenituri tat-tarbija bdew jisusspettaw meta l-kelb bl-isem ta’ Killian, bidel l-atteġjament tiegħu fil-konfront tal-babysitter. Hekk kif il-babysitter, Alexis Khan ta’ 22 sena, kienet tidħol fid-dar tal-familja Jordan, il-kelb kien jagħmel għaliha u kien qed ikun protettiv ħafna għat-tarbija ta’ seba’ xhur.

Il-ġenituri indunaw li hemm xi ħaġa mhux posta u għalhekk poġġew mobajl taħt is-sufan bil-għan li jisimgħu dak li jkun għaddej waqt li huma ma jkunux id-dar u t-tifel tagħhom ikun mal-babysitter.

Permezz ta’ dan il-mobajl, il-ġenituri setgħu jisimgħu dak li kien qed jgħaddi minnhu binnhom, għajjat, tgħajjir, swat u biki ta’ uġiegħ. B’hekk kienu irrealiżżaw li għal ħames xhur sħaħ binhom kien għaddej minn trawma u li kieku ma kienx għal kelb eroj, Killian, ma kienu jintebħu b’xejn.

Huma rrapurtaw b’kollox lill-pulizija u l-babysitter, Alexis Khan, tressqet il-qorti fejn għammetiet l-akkużi miġjuba kontriha.