Kelb gwida waħdu? Ara xi jfisser

Ħafna nies jaf li kelb gwida (service dog) qatt m’għandek tkellmu jew tipprova tilgħab miegħu meta jkun qiegħed fuq xogħlu. F’dak il-mument hu jkun qed jieħu ħsieb il-persuna li qed jakkumpanja fit-triq, fil-ħanut, fir-restorant jew kwankwe post ieħor li tinżertah.

Iżda xi jfisser jekk għal għarrieda ssib kelb gwida waħdu quddiemek?

Każ partikolari li qed idur bħalissa fuq il-midja soċjali hu dak ta’ mara li sabet quddiemha kelb gwidau ma ndunatx li dan kien qed jipprova jiġbdilha l-attenzjoni. Bdiet tinjorah u bdiet tipprova tgerrxu ‘l hemm.

Iżda l-kelb gwida hu mħarreġ biex jgħin lil sidu u f’dak il-waqt dan huwa dak li kien qiegħed jipprova jagħmel.

Allura x’għandek tagħmel jekk issib ruħek f’din is-sitwazzjoni?

Jekk kelb gwida jersaq lejk u ma jkunx akkumpanjat, dan qed jagħħmillek sinjal beix int tmur warajh u li l-persuna li hu jakkumpanja tkun qegħda f’mument li jkollha bżonn l-għajnuna.

Il-kelb jsita’ jkun qed quddiemek imisslek saqajk b’imnieħru. Normalment ma jkunux imħarrġa biex jaqbżu jew jinbħu.

Kelb gwida tkun taf x’inhi n-natura tax-xogħol tiegħu u għalhekk m’għandekx għalxix tibża’. Mur warajh b’mod immedjat.

L-istorja li qed twassal biex jinħoloq aktar għarfien dwar kif wieħed għandu jaġixxi diġà ġiet imxerrda aktar minn 163,000 minn nhar is-Sibt ‘l hawn.

Hija storja li ma ġratx Malta iżda tapplika għal kull pajiiż.