Kelb għami f’xelter Malti addottat fl-Istati Uniti

Kelb li huwa kompletament għami u li kien qed jgħix f’xelter Malti ġie addottat minn familja fl-Istati Uniti.

Ray kien ilu jgħix fix-xelter ta’ Noah’s Ark għal xi snin. Il-voluntiera ppubblikaw ritratt tal-kelb jifraħ. Hu telaq lejn Kalifornja fis-sigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu.

"I'm going WHERE??!" The look on our darling Ray's face was priceless when we told him he would soon start his journey…

Posted by Noah's Ark Dog Sanctuary Volunteers on Wednesday, October 2, 2019

Il-kelb li huwa tar-razza Pharaoh Hound (tal-fenek) wasal fid-dar il-ġdida tiegħu ilbieraħ. Il-familja adottiva tiegħu qalet li Ray diġà qed jieħu pjaċir bl-irwejjaħ u l-ħsejjes differenti li għandu x’joffri d-deżert ta’ Kalifornja.

https://www.facebook.com/groups/noahsarkmalta/permalink/10156184724375146/