Kelba feruta gravament tiġi salvata mit-toroq

Read in English.

Kelba mweġġa’ gravament ġiet salvata aktar kmieni dalgħodu wara li nstabet tiġġerra’ fit-toroq b’diversi ġrieħi fuq ġisimha u x’aktarx ħruq ukoll.

Fuq il-midja soċjali, Moira Delia, il-preżentatriċi tal-programm Animal Diaries, kif ukoll attivista għall-ħarsien tal-annimali qalet li l-kelba inqabdet mill-Animal Welfare u issa qed tiġi eżaminata u qed tingħata l-kura meħtieġa.

Filwaqt li kitbet ukoll li se jkun qed jinħareġ rapport dalwaqt, Moira Delia rringrazzjat lil dawk in-nies li waqfu biex jagħtu l-għajnuna lil din il-kelba.

Monday morning! 😪 THANK YOU Animal Welfare for being there just in time to pick up this helpless dog! A Big Thank You to…

Posted by Moira Delia on Sunday, May 31, 2020

F’każijiet bħal dawn l-Animal Welfare tista’ tiġi kkuntattjatha fuq 1717.