Kelb abbandunat isib wens f’Bambin Ġesù

Ritratt: Facebook/KikoDella Giustina

Fuq il-mezzi soċjali qed idur b’rittmu mgħaġġel dan ir-ritratt ta’ kelb abbandunat li sab kenn mill-ksieħ mal-maxtura bil-Bambin Ġesù fi Criciúma, fil-Brazil.

Ritratt: Facebook/KikoDella Giustina

Madanakollu dan kien seħħ fl-2008 iżda xorta f’dawn iż-żminijiet donnu li reġà qanqal l-interess tista’ tgħid madwar id-dinja.

Ritratt: Facebook/KikoDella Giustina

Waqt li l-kelb kien rieqed spiċċa biex attira l-attenzjoni ta’ bosta li kienu għaddejjin u għalhekk tgerrex xi ftit iżda mbagħad donnu beda joqgħod għall-attenzjoni.

Ritratt: Facebook/KikoDella Giustina

Għal dan il-kelb dak il-Milied kien se jkun wieħed ta’ niket meta’ safa’ abbandunat mis-sidien tiegħu iżda spiċċa fuq nota tajba hekk kif minn hemm ġie addottat minn sidien ġodda li daħħluh f’darhom u tawh imħabbithom.