Kejk tradizzjonali tal-Milied

Riċetta ta' Karmen Tedesco
Ingredjenti:

  • 875gr frott niexef imħallat (żbib, passolina, sultana)
  • 300ml meraq tal-larinġ
  • 125ml brandy
  • 300gr dqiq ismar
  • 200gr margerina polyunsaturaed
  • Kuċċarina mixed spice
  • Kuċċarina kannella midħuna
  • 3 bajdiet imħabbta
  • 2 mgħaref għasel iswed

Metodu:
1. Poġġi l-frott niexef ġo kazzola flimkien mal-meraq tal-larinġ. Poġġi l-borma fuq in-nar u ħalliha tiftaħ tagħli. Żid il-brandy.
2. L-ingredjenti l-oħra kollha poġġihom ġo skudella u ħawwad tajjeb sakemm jitħalltu tajjeb flimkien. Żid it-taħlita tal-frott u ħawwad tajjeb.
3. Wara poġġi t-taħlita fil-landa. Illixxa l-wiċċ u aħmi fil-forn għal sagħtejn u nofs. Ħalli l-kejk jiksaħ.
4. Idlek il-wiċċ bi ftit ġamm jew spread tal-berquq u ferrex fuqu l-coconut. Orbot zigarella kkulurita mal-ġenb . Tista' żżejjen bi ftit holly u zigarella irqiqa. Tista' tqiegħed xi żewġ xemgħat ma' waħda mill-hollies. 
Għal aktar riċetti segwi l-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK