Kejk tat-tamar

Ingredjenti

220g tamar, bla għadma, mqatta’

tazza u nofs ilma

3 kuċċarini baking powder

115g butir bla melħ

150g zokkor

2 bajdiet

kuċċarina estratt tal-vanilla

185g dqiq

nofs kuċċarina melħ

icing sugar għall-wiċċ

Metodu

Saħħan il-forn għal 180˚Ċ.

Għalli l-ilma f’kazzola u żid it-tamar u saħħan għal 5 minuti. Żid il-baking powder u itfi n-nar. Ħalli fil-ġenb għal 15-il minuta. Imbagħad għaffeġ sakemm ikollok taħlita magħquda.

Fil-mixer ħallat il-butir maz-zokkor sakemm tara li t-taħlita bjadet. Żid il-bajd u l-vanilla u kompli ħabbat sakemm jitħalltu tajjeb. Żid id-dqiq, il-melħ, it-tamar u ħallat sew.

Ferragħ t-taħlita f’kontenitur midluk bil-butir u daħħal fil-forn għal 35-40 minuta sakemm meta ddaħħal sikkina fin-nofs toħroġlok niexfa.

Ħalli l-kejk jiksaħ qabel titfagħlu l-icing sugar  jew ippajpja water icing fil-wiċċ.