Ingredjenti
100g butir
200g dqiq plain
1 kuċċarina baking powder
85g zokkor ismar
100g sultana
2 bajdiet kbar imħabbta
2 mgħaref halib
Metodu
Idlek bl-butir dixx tajjeb għall-microwave.
Ħawwad f’bieqja l-butir mad-dqiq u l-baking powder. Wara żid iz-zokkor u s-sultana.
Żid bil-mod il-bajd u l-ħalib biex ikollok taħlita ftit immerrqa.
Ferragħ t-taħlita fid-dixx u agħmel ħofra fit-taħlita bil-wara ta’ mgħarfa. Għatti d-dixx bil-cling film, tgħaqqab il-wiċċ b’mgħarfa u sajjar f’temperatura għolja fil-microwave għal 5 minuti sakemm it-taħlita togħla tajjeb u tkun iebsa fil-wiċċ meta tmissha.
Oħroġ il-kejk rasu ’l isfel fuq platt u, jekk trid, meta sservi, agħmel il-custard fil-wiċċ.