Kejk tal-Milied mingħajr zokkor

Riċetta u ritratti: Tanya Zammit

Ingredjenti

900g frott niexef (żbib, passolina, sultana).

300ml meraq tal-laring

125ml brandy

300g dqiq ismar fin

200g marġerina

kuċċarina mixed spice

kuċċarina kannella

5 bajdiet imħabbta

4 mgħaref għasel.

Metodu

Saħħan il-forn 160˚Ċ.

Idlek u iksi l-cake tin b’għadd ta’ saffi tal-karta strazza.

Poġġi l-frott niexef mal-meraq tal-larinġ ġo kazzola u ħawwad il-ħin kollu fuq nar bati. Niżżel min fuq in-nar u żid il-brandy u ħallih jiksah.

Poġġi l-ingredienti l-oħra f’bieqja u ħawwad sew.

Żid it-taħlita tal-frott imkessħa u erġa’ ħawwad.

Poġġi fil-cake tin u aħmi għal 2 sigħat.

Ħalli il-kejk jiksaħ għal matul il-lejl qabel ma tneħħih mil-landa.