Ingredjenti
90g butir bla melħ
60g zokkor ismar
4 bajdiet
nofs tazza meraq tal-larinġ
190g dqiq
nitfa melħ
kuċċarina u nofs baking powder
nofs tazza marmalade tal-larinġ
Metodu
Saħħan il-forn għal 180˚Ċ/350˚F.
Ħabbat il-bajd maz-zokkor sakemm ikollok taħlita ħafifa.
Żid il-bajd waħda waħda, tħabbat tajjeb wara kull bajda.
Żid il-marmalade.
Agħrbel flimkien id-dqiq, il-baking powder u l-melħ u żidhom mat-taħlita tal-bajd. Żid il-meraq tal-larinġ u ħawwad tajjeb.
Ferragħ t-taħlita tal-kejk f’landa tal-kejk miksija b’karta strazza.
Aħmi għal madwar 45 minuta sakemm meta ddaħħal sikkina fin-nofs tal-kejk toħroġ nadifa.
Ħalli l-kejk jiksaħ għal kollox qabel taqsmu u sservi.