Kejk tal-lumi

Riċetta u ritratt: Tanya Zammit

Ingredjenti

185g dqiq plain

kuċċarina u nofs baking powder

mgħarfa qoxra ta’ lumija maħkuka

115g butir

200g zokkor

2 bajdiet kbar

2 kuċċarini meraq tal-lumi

1 kuċċarina essenza tal-vanilla

125g buttermilk*

Ingredjenti għax-xiropp tal-lumi

1 lumija magħsura

3 mgħaref icing sugar

Ingredjenti għall-ġelu tal-lumi

125g icing sugar

kuċċarina u nofs meraq tal-lumi

1 mgħarfa ħalib

Buttermilk*

Agħmlu billi tħallat 125ml ħalib ma’ kuċċarina u nofs meraq tal-lumi. Qabel tużah ħallih joqgħod għal ftit minuti.

Metodu

Saħħan il-forn għal 177˚Ċ u iksi b’karta strazza l-kontenitur.

F’bieqja ħallat id-dqiq, il-baking powder u l-mgħarfa qoxra maħkuka tal-lumija.

F’bieqja oħra ħabbat il-butir maz-zokkor bi blender tal-elettriku sakemm it-taħlita tibjad.

Żid il-bajd, l-essenza tal-vanilla u l-meraq tal-lumi u ħallat tajjeb.

Żid l-ingredjenti niexfa u l-buttermilk mat-taħlita u ħallat tajjeb f’food processor fuq speed baxx għal ftit ħin sakemm tara li l-ingredjenti kollha tħalltu tajjeb.

Ferragħ t-taħlita fil-landa tal-kejk u aħmi għal 45-55 minuta.

Meta jsir ħallih jibred għal 15-il minuta, neħħi mil-landa u iżbogħ il-kejk kollu bix-xiropp tal-lumi.

Iksi l-kejk bil-ġelu tal-lumi li tkun għamiltu billi tħallat il-ħalib, l-icing sugar u l-meraq tal-lumi.

Qabel isservi ħallih l-kejk jinxef.