Kejk tal-lumi

Ingredjenti

180g dqiq

2 bajdiet, l-isfar u l-abjad għalihom

120g butir

1 kuċċarina baking powder

120g zokkor

nitfa melħ

Metodu

Ħabbat il-butir u z-zokkor sakemm ikollok taħlita kremuża. Ħabbat  l-isfar tal-bajd fit-taħlita.

Agħrbel il-baking powder mad-dqiq u żidu mat-taħlita tal-butir u l-bajd. Ħabbat sew.

Issa ħabbat sew l-abjad tal-bajd u żidu mat-taħlita flimkien mal-melħ. Erġa’ hawwad sakemm ikollok taħlita ratba u meta terfa’ mgħarfa minnha din tiżżerżaq ħelu ħelu minnha. Jekk ikun hemm bżonn żid ftit ilma.

Ferragħ t-taħlita f’landa tal-kejk u aħmi f’forn moderat sakemm meta ddaħħal sikkina fih toħroġ nadifa.

Meta jiksaħ il-kejk, jekk tippreferi, ferrex fil-wiċċ ġamm tal-lumi jew ġelu tal-lumi.