Kejk tal-ġewż u l-kafè

kejk-tal-ġewż

Ingredjenti għall-kejk

225g butir bla melħ

225g zokkor

4 bajdiet

50ml kafè qawwi

225 dqiq self-raising

75 ġewż

Ingredjenti għall-krema tal-wiċċ

125g butir bla melħ

200g icing sugar

50ml kafè qawwi

12-il nofs tal-ġewż biex iżżejjen

Metodu

Saħħan il-forn għal 180˚Ċ/350˚F

Ħallat il-butir maz-zokkor sakemm ikollok taħlita ħafif u bajdanija.

Żid il-bajd waħda waħda mat-taħlita tal-butir u z-zokkor, tħawwad tajjeb ma’ kull bajda.

Żid il-kafè u ħawwad tajjeb.

Żid id-dqiq u l-ġewż u ħawwad biex iddaħħalhom tajjeb fit-taħlita.

Ferragħ b’mgħarfa f’żewġ laned tal-kejkijiet ta’ 20ċm.

Aħmi għal 25-30 minuta sakemm meta ddaħħal sikkina fin-nofs toħroġlok nadifa. Oħroġ mill-forn u ħalli jiksħu għal kollox.

Biex tagħmel il-krema tal-wiċċ ħabbat tajjeb il-butir mal-icing sugar sakemm ikollok taħlita ħafif u bajdanija.

Żid il-kafè u ħawwad tajjeb.

Ifrex il-krema fuq kull kejk u wara poġġi wieħed fuq l-ieħor.

Żejjen il-wiċċ tal-kejk bin-nofsijiet tal-ġewż.