Kejk tal-frott imħallat

Ingredjenti

250g butir, mdewweb

2 kuċċarini qoxra ta’ lumija maħkuka

250g zokkor ismar

500g frott imħallat (passolina, eċċ.)

80ml brandy

60ml meraq tal-lumi

4 bajdiet

150g dqiq self-raising

150g dqiq plain

1 kuċċarina mixed spice

Metodu

Idlek bil-butir landa tal-kejk ta’ madwar 20ċm u iksi l-qiegħ u l-ġnub bi tliet saffi ta’ karta strazza. Agħmel il-karti daqs 5ċm ’il fuq mill-għoli tal-landa.

Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien f’bieqja kbira sakemm tara li l-ingredjenti tħallu tajjeb.

Ferragħ t-taħlita fil-landa tal-kejk u sajjar f’forn f’temperatura baxxa għal madwar  sagħtejn. Ikun sar meta ddaħħal sikkina fin-nofs tal-kejk u toħroġ nadifa.

Oħroġ il-kejk mill-forn, għattih tajjeb bil-foil fil-landa stess u ħallih jiksaħ għal kollox qabel toħorġu.