Kejk tal-banana bil-kafè

Ingredjenti

3 bananiet misjurin, imqaxxra u mqattgħa

110g zokkor, ismar jekk jista’ jkun

2 bajdiet imħabbta

Kuċċarina instant coffee mdewba bi ftit ilma

Nitfa noċemuskata

Nitfa melħ

85g butir bla melħ imdewweb

225g dqiq self-raising

100g ċikkulata mfarrka, jekk trid

Metodu

Saħħan il-forn 190˚Ċ, Gas 5 u idlek bil-butir landa tal-forn.

Għaffeġ il-banana maz-zokkor, il-bajd, il-kafè, in-noċemuskata u l-melħ sakemm kollox jitħallat tajjeb. Żid il-butir, id-dqiq (li tkun għaddejtu minn passatur) u ċ-ċikkulata (jekk se tużaha). Ferra’ fil-landa tal-forn u aħmi għal madwar 50 minuta.

Oħroġ mill-forn u ħalli jiksaħ qabel toħorġu mil-landa.