Kejk tal-bajtar ta’ San Ġwann

Riċetta u ritratt: Clayton Brincat

Ingredjenti

250g zokkor ismar
400g butir
6 bajdiet
mgħarfa essenza tal-vanilla
400g dqiq self-raising
mgħarfa bajing powder
2 mgħaref żejt veġetali
qoxra maħkuka ta’ larinġa u ta’ lumija
100ml brandy jew Martini Rosso
5/6 bajtriet friski
kwart ta’ kuċċarina melħ

Metodu

Qatta’ l-bajtar f’biċċiet żgħar u ħallihom jixxarrbu fil-brandy jew Martini Rosso.

Ġo mixer ħawwad għal madwar 5 minuti z-zokkor, il-butir, iż-żejt u żid il-bajd waħda waħda. Fl-aħħar żid id-dqiq, il-vanilla, il-melħ u l-baking powder.

Mat-taħlita itfa’ l-qxur tal-larinġa u tal-lumija u t-taħlita tal-bajtar u brandy/Martini Rosso. Kompli ħawwad għal 5 minuti oħra sakemm tara li l-ingredjenti tħalltu kollha sew.

Idlek dixx imdaqqas bil-butir u ferrex it-taħlita fih. Sajjar ġo forn sħun b’temperatura ta’ 180˚Ċ għal madwar 50 minuta jew inqas.