Kejk taċ-ċikkulata

Ingredjenti

Għall-kejk

225g dqiq plain

350g zokkor

85g kokotina

2½ kuċċarini baking powder

2 bajdiet

250ml ħalib

125ml żejt

2 kuċċarini essenza tal-vanilla

250ml ilma jagħli

Għall-icing taċ-ċikkulata

200g ċikkulata

200ml krema doppja tal-ħalib

Metodu

Saħħan il-forn 180˚C. Idlek bil-butir żewġ  sandwich tins ta’ 20cm.

Għall-kejk: poġġi flimkien l-ingredjenti kollha tal-kejk minbarra l-ilma jagħli f’bieqja. Ħallat tajjeb jew b’mgħarfa tal-injam jew b’mixersakemm ikollok taħlita mħallta tajjeb u lixxa. Żid l-ilma ftit ftit, ħallat kull darba. It-taħlita għandha tkun ftit li xejn maħlula.

Ferra’ t-taħlita fiż-żewġ sandwich tins u aħmi għal madwar 25-35 minuta.  Meta jsiru ħallihom jibirdu għal kollox u toħroġhomx mis-sandwich tins qabel tiksihom.

Għall-icing: Saħħan iċ-ċikkulata u l-krema doppja tal-ħalib fuq nar tassew bati sakemm iddub iċ-ċikkulata. Neħħi minnfuq in-nar u ħallat tajjeb. Ħalliha tiksaħ sewwa sakemm tara li għaqdet u tkun tista’ tferrixha fuq il-kejk.

Oħroġ il-kejking mis-sandwich tins u fuq wieħed minnhom il-wiċċ tiegħu iksi bl-icing. Poġġi ll-ieħor fuqu u iksi kollox bl-icing li jkun fadallek.