Kejk taċ-ċikkulata minn Franza

Riċetta addattata minn Claudia Cini
Ingredjenti:
200gr ċikkulata skura
150gr butir artab
150gr zokkor
50gr dqiq magħrbul
4 bajdiet separati
Ftit ħalib jew ftit kafè
Metodu:
1. Saħħan il-forn għal 180C.
2. Ħoll iċ-ċikkulata f’kazzola bi ftit ħalib jew kafè.
3. Fi skutella, ħawwad flimkien iz-zokkor u l-butir.
4. Żid iċ-ċikkulata u ħawwad flimkien.
5. Żid mat-taħlita l-isfar tal-bajd u kompli ħawwad.
6. Żid id-dqiq u erġa’ ħawwad.
7. Ħabbat l-abjad tal-bajd u kkombinah ftit ftit mat-taħlita.
8. Idlek bi ftit butir id-dixx tal-kejk u ifrex it-taħlita fih.
9. Aħmi l-forn għal madwar nofs siegħa, sakemm ikun sar minn kullimkien.
Din ir-riċetta dehret fil-magazzin R+M 2000, maħruġ mill-Ġiżwiti Maltin.