Kejk taċ-ċikkulata fil-microwave

Ingredjenti għall-kejk

30g kokotina

3 kuċċarini mburġati instant coffee

175g self-raising flour magħrbel

175 zokkor

60ml ħalib semi-skimmed

60ml żejt tas-sunflower

bajda

kuċċarina essenza tal-vanilla

Għall-ġelu

kuċċarina mburġata instant coffee

130g icing sugar, magħrbel

Metodu

Idlek dixx ta’ 20ċm dijametru tajjeb għall-microwave u iksi l-qiegħ b’karta strazza.

Ħawwad il-kokotina mal-intant coffe f’bieqja u żid 100ml ilma jagħli. Ħawwad tajjeb sakemm idubu.

F’bieqja separata ħallat id-dqiq maz-zokkor. Żid it-taħlita tal-kafè u wara l-ħalib, iż-żejt, il-bajda u l-estratt tal-vanilla. Ħawwad sew.

Ferra’ t-taħlita fid-dixx u sajjar fil-microwave f’temperatura għolja bejn 4-5 minuti.  Iċċekkja kull tant ħin biex tara li jkun sar u meta ddaħħal sikkina fin-nofs toħroġ nadifa.

Waqt li l-kejk ikun isir lesti l-ġelu. Dewweb il-kafè fi ftit ilma biex tagħmel paste. Żid l-icing sugar ftit ftit. Jekk tara li jkollok bżonn iżżid aktar ilma żidu imma kważi qatra qatra sakemm ikollok konsistenza ta’ krema magħquda.

Meta l-kejk ikun lest oħorġu mid-dixx u ifrex il-ġelu fuqu.