Kejk taċ-ċikkulata bl-intrita flok dqiq

Ingredjenti

200g butir bla melħ

75g kokotina

6 bajdiet

220g zokkor ismar

120g intrita

Metodu

Saħħan il-forn għal 160˚Ċ/320˚F.  Idlek bil-butir landa tal-kejk ta’ madwar 22ċm u iksi l-qiegħ u l-ġnub b’karta strazza.

Poġġi l-butir u l-kokotina f’kazzola fuq nar baxx u ħawwad sakemm ikollok taħlita lixxa. Poġġi l-bajd u z-zokkor fil-mixer u ħabbat tajjeb sakemm jogħlew id-doppju.

Żid it-taħlita tal-kokotina u l-intrita u ħallat flimkien bil-mod biex tgħaqqad l-ingredjenti kollha. 

Ferragħ t-taħlita fil-landa tal-kejk u aħmi għal 35-40 minuta sakemm meta ddaħħal sikkina fin-nofs toħroġ nadifa.

Ħalli l-kejk jikaħ fil-landa, oħorġu mil-landa u meta jiksaħ roxx fuqu ftit kokotina.