Kejk taċ-ċikkulata biz-zucchini

Ingredjenti

260g dqiq plain

260g zokkor abjad

110g kokotina

1 kuċċarina baking powder

2 kuċċarini baking soda

nofs kuċċarina melħ

1 kuċċarina kannella

4 bajdiet

200g  (tazza u nofs) żejt

400g zucchini (qarabagħli mit-tawwali) maħkuka

110g ġellewż imfarrak

Metodu

Saħħan il-forn minn qabel għal 175˚Ċ (350˚F) u pprepara dixx fejn sejjer issajjar il-kejk billi tidilku u troxx ftit dqiq fih.

Ħallat flimkien id-dqiq, iz-zokkor, il-kokotina, il-baking powder, il-baking soda, il-melħ u l-kannella. Żid il-bajd u ż-żejt u ħallat tajjeb.

Daħħal bil-mod fit-taħlita l-ġellewż u z-zukkini sakemm tara li jkunu tħalltu. Ferragħ fid-dixx ippreparat.

Aħmi għal madwar 50-60 minuta sakemm meta ddaħħal sikkina fin-nofs toħroġ nadifa.

Ħalli l-kejk jiksaħ għal kollox qabel ma tiksix b’xi ġelu favorit tiegħek.