Kejk ta’ San Martin

Riċetta u ritratt: Tanya Zammit

Ingredjenti

200g dqiq self-raising

100g zokkor

30ml żejt

pakkett tamar niexef

qoxra u meraq ta’ 2 larinġiet

qoxra u meraq ta’ 2 mandoliniet

qoxra u meraq ta’ 2 lumijiet

30ml aperitif tal-għażla tiegħek

1 kuċċarina baking powder

1 kuċċarina kannella

1 kuċċarini mixed spice

2 mgħaref kokotina

3 bajdiet imħabbta

100g ġewż inkaljat u mfarrak

100g ġellewż inkaljat u mfarrak

100g lewż inkaljat u mfarrak

ftit ċirasa mqattgħa

Biex iżżejjen

ċirasa u lewż

għasel

Metodu

Ħawwad flimkien id-dqiq, il-baking powder, iz-zokkor, il-kokotina u l-ispices.

Żid il-lewż imfarrak, iċ-ċirasa mqattgħa, il-qxur maħkuk tal-frott, il-bajd, l-aperitif u ż-żejt.

F’kazzola fuq nar bati poġġi l-meraq kollu tal-frott u t-tamar imqatta’ biċċiet u ħawwad sakemm it-tamar jinħall. Żidu mal-ingredjenti l-oħra u ħawwad.

Ferragħ t-taħlita f’landa tal-kejkijiet u żejjen biċ-ċirasa u l-lewż.

Aħmi f’forn f’temperatura ta’ 180˚Ċ/350˚F għal 35 minuta. Wara li l-kejk ikun 15-il minuta fil-forn għattih b’karta strazza.

Meta jinħema ħallih jibred, oħorġu mil-landa u roxx ftit għasel fil-wiċċ.