Kejk sempliċi u ħafif biex tagħmlu

Ingredjenti

175g marġerina jew butir

175g zokkor

3 bajdiet kbar

175g dqiq self-raising

1 kuċċarina essenza tal-vanilla

nitfa melħ

Metodu

Saħħan il-forn għal 180˚Ċ. Idlek bil-marġerina landa ta’ kejk ta’ 18ċm u iksi l-qiegħ u l-ġnub bil-karta strazza.

Poġġi l-ingredjenti kollha f’bieqja u ħawwad b’mgħarfa tal-injam jew b’mixer tal-idejn għal minuta. Ieqaf ħawwad meta jkollok taħlita lixxa — tħawwadx iżżejjed.

Ferragħ t-taħita fil-landa u sajjar fl-ixkaffa tan-nofs tal-forn għal 45 minuta jew sakemm meta ddaħħal sikkina fin-nofs tal-kejk toħroġ nadifa.

Ħalli l-kejk joqgħod għal 5 minuta qabel ma toħorġu mil-landa.

Wara żejnu għall-gosti tiegħek.